This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010FN0048
Case F-48/10: Action brought on 22 June 2010 — Z v Court of Justice
Kawża F-48/10: Rikors ippreżentat fit- 22 ta’ Ġunju 2010 — Z vs Il-Qorti tal-Ġustizzja
Kawża F-48/10: Rikors ippreżentat fit- 22 ta’ Ġunju 2010 — Z vs Il-Qorti tal-Ġustizzja
ĠU C 246, 11.9.2010, p. 42–42
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
11.9.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 246/42 |
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Ġunju 2010 — Z vs Il-Qorti tal-Ġustizzja
(Kawża F-48/10)
()
2010/C 246/73
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Z (Lussemburgu, Il-Lussemburgu) (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)
Konvenuta: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni li timponi fuq ir-rikorrenti s-sanzjoni dixxiplinari tat-twissija bil-miktub, kif ukoll il-kundanna tal-konvenuta għall-ħlas ta’ somma bħala kumpens għad-danni morali.
Talbiet tar-rikorrenti
— |
Tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tal-10 ta’ Lulju 2009 li timponi sanzjoni dixxiplinari fuq ir-rikorrenti fil-forma ta’ twissija bil-miktub; |
— |
skont il-bżonn, tannulla d-deċiżjoni tal-10 ta’ Marzu 2010, irċevuta fil-15 ta’ Marzu 2010, ta’ ċaħda tal-ilment; |
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas ta’ somma ta’ EUR 50 000 bħala kumpens għad-danni morali; |
— |
tikkundanna lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż. |