Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010FN0051

Kawża F-51/10: Rikors ippreżentat fl- 1 ta’ Lulju 2010 — Bermejo Garde vs KESE

ĠU C 246, 11.9.2010, p. 42–42 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

11.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 246/42


Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Lulju 2010 — Bermejo Garde vs KESE

(Kawża F-51/10)

()

2010/C 246/74

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Moises Bermejo Garde (Bruxelles, il-Belġju) (rappreżentant: L. Levi, avukat)

Konvenut: Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Minn naħa, l-annullament tal-avviż ta’ pożizzjoni vakanti tal-KES Nru 43/09 intiż sabiex timtela l-pożizzjoni ta’ direttur fid-Direttorat tal-Affarijiet Ġenerali kif ukoll ta’ kull deċiżjoni meħuda abbażi ta’ dan l-avviż ta’ pożizzjoni vakanti. Min-naħa l-oħra, talba sabiex il-konvenut jiġi kkundannat iħallas lir-rikorrent ammont għad-danni.

Motivi u argumenti prinċipali

tannulla l-avviż ta’ pożizzjoni vakanti tal-KES Nru 43/09 intiż sabiex timtela l-pożizzjoni ta’ direttur fid-Direttorat tal-Affarijiet Ġenerali;

tannulla kull deċiżjoni meħuda abbażi tal-avviż ta’ pożizzjoni vakanti tal-KES Nru 43/09;

tikkundanna lill-konvenut għall-ħlas ta’ EUR 1 000 għad-danni;

tikkundanna lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-ispejjeż.


Top
  翻译: