Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CN0421

Kawża C-421/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fil- 25 ta’ Awwissu 2010 — Finanzamt Deggendorf vs Markus Stoppelkamp bħala l-likwidatur li jamministra l-patrimonju ta’ Harald Raab

ĠU C 317, 20.11.2010, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 317/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fil-25 ta’ Awwissu 2010 — Finanzamt Deggendorf vs Markus Stoppelkamp bħala l-likwidatur li jamministra l-patrimonju ta’ Harald Raab

(Kawża C-421/10)

()

2010/C 317/29

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Finanzamt Deggendorf

Konvenut: Markus Stoppelkamp bħala l-likwidatur li jamministra l-patrimonju ta’ Harald Raab

Domanda preliminari

Sabiex persuna taxxabbli titqies li hija “persuna taxxabbli residenti barra” fis-sens tal-Artikolu 21(1)(b) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ (1) huwa biżżejjed li tkun stabbiliet il-post tan-negozju tagħha barra mill-pajjiż jew huwa meħtieġ ukoll li din ikollha anki r-residenza privata tagħha barra mill-pajjiż?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23.


Top
  翻译: