This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52010XC1211(03)
Notice concerning undertakings offered in connection with the anti-dumping and anti-subsidy proceedings concerning imports of polyethylene terephthalate (PET) originating, inter alia, in India: change of the name of a company
Avviż li jikkonċerna l-impenji offruti b'konnessjoni mal-proċedimenti tal-anti-dumping u tal-anti-sussidjar li jikkonċernaw l-importazzjoni tal-polietilentereftalat (PET) li joriġina, fost l-oħrajn, mill-Indja: bidla fl-isem ta' kumpanija

ĠU C 335, 11.12.2010, p. 5–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
11.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 335/5 |
Avviż li jikkonċerna l-impenji offruti b'konnessjoni mal-proċedimenti tal-anti-dumping u tal-anti-sussidjar li jikkonċernaw l-importazzjoni tal-polietilentereftalat (PET) li joriġina, fost l-oħrajn, mill-Indja: bidla fl-isem ta' kumpanija
2010/C 335/05
L-impenji offruti fil-qafas ta' proċediment tal-anti-dumping li jikkonċerna l-importazzjoni ta' ċertu polietilentereftalat (PET) li joriġina, fost l-oħrajn, mill-Indja u fil-qafas ta' proċediment tal-anti-sussidjar li jikkonċerna l-importazzjoni ta' ċertu polietilentereftalat (PET) li joriġina, fost l-oħrajn, mill-Indja, ġew aċċettati bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/745/KE (1) kif emendata bid-Deċiżjoni 2005/697/KE (2).
South Asian Petrochem Limited, kumpanija fl-Indja, li l-impenn tagħha kien aċċettat bid-Deċiżjoni 2005/697/KE, infurmat lill-Kummissjoni li fil-5 ta' Jannar 2010, b'riżultat ta' fużjoni ma' Dhunseri Tea and Industries Ltd, isimha nbidel għal Dhunseri Petrochem & Tea Limited. Il-fużjoni kienet approvata fit-2 ta' Lulju 2010 mill-qorti lokali.
Il-kumpanija argumentat li l-bidla fl-isem ma taffettwax id-dritt tal-kumpanija li tibbenefika mit-termini tal-impenn aċċettat taħt l-isem preċedenti tagħha South Asian Petrochem Limited.
Il-Kummissjoni eżaminat l-informazzjnoi mressqa u kkonkludiet li l-bidla fl-isem bl-ebda mod ma taffettwa dak li tikkonkludi d-Deċiżjoni 2000/745/KE kif emendata bid-Deċiżjoni 2005/697/KE. Għaldaqstant, ir-referenza fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2000/745/KE, kif emendata bid-Deċiżjoni 2005/697/KE għal:
South Asian Petrochem Limited
għandha taqra:
Dhunseri Petrochem & Tea Limited
Il-kodiċi addizzjonali TARIC A585 qabel attribwit lil South Asian Petrochem Limited għandu japplika għal Dhunseri Petrochem & Tea Limited.
(1) ĠU L 301, 30.11.2000, p. 88.
(2) ĠU L 266, 11.10.2005, p. 62.