Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52010AE1619

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il- ‘Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar il-livell permissibbli tal-ħoss u s-sistema tal-exhaust tal-vetturi bil-mutur’ (COM(2010) 508 finali – 2010/0261 (COD)

ĠU C 54, 19.2.2011, p. 32–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 54/32


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-‘Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar il-livell permissibbli tal-ħoss u s-sistema tal-exhaust tal-vetturi bil-mutur’

(COM(2010) 508 finali – 2010/0261 (COD)

(2011/C 54/07)

Il-Kunsill u l-Parlament Ewropew, nhar il-15 ta’ Ottubru u nhar is-7 ta’ Ottubru 2010 rispettivament, iddeċidew, b’konformità mal-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar:

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livell permissibbli tal-ħoss u s-sistema tal-exhaust tal-vetturi bil-mutur

COM(2010) 508 finali – 2010/0261 (COD)

Billi l-Kumitat jikkunsidra li l-kontenut tal-proposta huwa kompletament sodisfaċenti u li m’hemm bżonn tal-ebda kummenti min-naħa tiegħu, iddeċieda, matul l-467 sessjoni plenarja tiegħu tat-8 u d-9 ta’ Diċembru 2010 (seduta tat-8 ta’ Diċembru 2010), b’unanimità li jagħti opinjoni favorevoli għat-test propost.

Brussell, 8 ta’ Diċembru 2010

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Staffan NILSSON


Top
  翻译: