This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011CN0025
Case C-25/11: Reference for a preliminary ruling from the Supremo Tribunal Administrativo (Portugal) lodged on 17 January 2011 — Varzim Sol — Turismo, Jogo e Animação, SA v Fazenda Pública
Kawża C-25/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Portugall) fis- 17 ta’ Jannar 2011 — Varzim Sol — Turismo, Jogo e Animação, SA vs Fazenda Pública
Kawża C-25/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Portugall) fis- 17 ta’ Jannar 2011 — Varzim Sol — Turismo, Jogo e Animação, SA vs Fazenda Pública
ĠU C 103, 2.4.2011, p. 14–14
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
2.4.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/14 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Portugall) fis-17 ta’ Jannar 2011 — Varzim Sol — Turismo, Jogo e Animação, SA vs Fazenda Pública
(Kawża C-25/11)
2011/C 103/25
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Supremo Tribunal Administrativo.
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Varzim Sol — Turismo, Jogo e Animação, SA.
Konvenuta: Fazenda Pública
Domandi preliminari
(1) |
L-Artikolu 23 tal-Kodiċi Portugiż tal-VAT huwa kompatibbli mal-Artikoli 17(2) u (5), u 19 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE (1), tas-17 ta’ Mejju 1977; |
(2) |
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv, l-istabbiliment, previst fl-Artikolu 23 iċċitat iktar ’il fuq, ta’ pro rata speċifika ta’ tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud imħallsa mill-persuni taxxabbli li jwettqu biss tranżazzjonijiet taxxabbli, anki jekk permezz ta’ tassazzjoni effettiva, abbażi tal-eżistenza ta’ sussidji eżenti għal dan is-settur (“inputs”), huwa konformi mal-Artikoli 17(2) u (5), u 19 tas-Sitt Direttiva? |
(1) Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23)