This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011CN0042
Case C-42/11: Reference for a preliminary ruling from the Cour D’Appel D’Amiens (France) lodged on 31 January 2011 — Criminal proceedings against João Pedro Lopes Da Silva Jorge
Kawża C-42/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour d'appel d’Amiens (Franza) fil- 31 ta’ Jannar 2011 — Proċeduri kriminali kontra Joao Pedro Lopes Da Silva Jorge
Kawża C-42/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour d'appel d’Amiens (Franza) fil- 31 ta’ Jannar 2011 — Proċeduri kriminali kontra Joao Pedro Lopes Da Silva Jorge
ĠU C 103, 2.4.2011, p. 16–16
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
2.4.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/16 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour d'appel d’Amiens (Franza) fil-31 ta’ Jannar 2011 — Proċeduri kriminali kontra Joao Pedro Lopes Da Silva Jorge
(Kawża C-42/11)
2011/C 103/28
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour d'appel d’Amiens
Partijiet fil-kawża prinċipali
Joao Pedro Lopes Da Silva Jorge
Domandi preliminari
(1) |
Il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni msemmi fl-Artikolu 12 tat-Trattat KE (li sar l-Artikolu 18 TFUE) jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali bħall-Artikolu 695-24 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali, li jipprevedi l-possibbiltà li tiġi rrifjutata l-eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ għall-eżekuzzjoni ta’ piena li tnaqqas il-libertà fil-każ li l-persuna rikjesta jkollha ċittadinanza Franċiża u li l-awtoritajiet Franċiżi kompetenti jkunu impenjaw ruħhom li jipproċedu b’din l-eżekuzzjoni? |
(2) |
[…] L-applikazzjoni fid-dritt nazzjonali tar-raġuni għan-nuqqas ta’ eżekuzzjoni previst mill-Artikolu 4(6) ta’ din id-deċiżjoni kwadru (1) għandha titħalla għad-diskrezzjoni tal-Istati Membri jew għandha natura obbligatorja, u b’mod partikolari Stat Membru jista’ jadotta miżura li tinkludi fiha diskriminazzjoni bbażata fuq iċ-ċittadinanza? |
(1) Deċiżjoni kwadru 2002/584/ĠAI tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ġunju 2002 fuq il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ ċediment bejn l-Istati Membri.