Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007TA0423

Kawża T-423/07: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad- 19 ta’ Mejju 2011 — Ryanair vs Il-Kummissjoni ( “Għajnuna mill-Istat — Kompetizzjoni — Abbuż minn pożizzjoni dominanti — Settur tal-avjazzjoni — Użu esklużiv tat-terminal 2 tal-ajruport ta’ München — Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni — Teħid ta’ pożizzjoni mill-Kummissjoni — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni — Obbligu li tittieħed azzjoni — Assenza” )

ĠU C 194, 2.7.2011, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

2.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/12


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Mejju 2011 — Ryanair vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-423/07) (1)

(Għajnuna mill-Istat - Kompetizzjoni - Abbuż minn pożizzjoni dominanti - Settur tal-avjazzjoni - Użu esklużiv tat-terminal 2 tal-ajruport ta’ München - Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Teħid ta’ pożizzjoni mill-Kummissjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni - Obbligu li tittieħed azzjoni - Assenza)

2011/C 194/16

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ryanair Ltd (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentant: E. Vahida, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn, S. Noë u E. Righini, aġenti)

Suġġett

Talba sabiex jiġi kkonstatat nuqqas li tittieħed azzjoni mill-Kummissjoni inkwantu naqset illegalment milli tieħu pożizzjoni fuq l-ilment tar-rikorrenti dwar, minn naħa, għajnuna allegatament mogħtija mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja lil Lufthansa u lis-soċji tagħha tal-iStar Alliance, taħt il-forma ta’ użu esklużiv tat-Terminal 2 tal-ajruport ta’ München u, min-naħa l-oħra, allegat abbuż ta’ pożizzjoni dominanti mill-ajruport ta’ München.

Dispożittiv

(1)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet għal dikjarazzjoni ta’ nuqqas li tittieħed azzjoni ppreżentati minn Ryanair Ltd fir-rigward tal-allegata għajnuna mill-Istat favur Lufthansa.

(2)

It-talbiet għal dikjarazzjoni ta’ nuqqas li tittieħed azzjoni ppreżentati minn Ryanair fir-rigward tal-allegata għajnuna mill-Istat favur is-soċji ta’ Lufthansa tal-iStar Alliance huma miċħuda.

(3)

It-talbiet għal dikjarazzjoni ta’ nuqqas li tittieħed azzjoni ppreżentati minn Ryanair fir-rigward tal-allegat abbuż minn pożizzjoni dominanti huma miċħuda.

(4)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u nofs l-ispejjeż ta’ Ryanair.

(5)

Ryanair għandha tbati nofs l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 8, 12.1.2008.


Top
  翻译: