This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011TN0378
Case T-378/11: Action brought on 18 July 2011 — Langguth Erben v OHIM (MEDINET)
Kawża T-378/11: Rikors ippreżentat fit- 18 ta’ Lulju 2011 — Langguth Erben vs UASI (MEDINET)
Kawża T-378/11: Rikors ippreżentat fit- 18 ta’ Lulju 2011 — Langguth Erben vs UASI (MEDINET)
ĠU C 269, 10.9.2011, p. 55–55
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
10.9.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 269/55 |
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Lulju 2011 — Langguth Erben vs UASI (MEDINET)
(Kawża T-378/11)
2011/C 269/121
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Franz Wilhelm Langguth Erben GmbH & Co. KG (Traben-Trarbach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Kunze u G. Würtenberger, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-10 ta’ Mejju 2011 fil-Każ R 1598/2010-4 dwar l-Applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja Nru 8 786 485; |
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva “MEDINET” għal prodotti fil-klassi 33 — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 8 786 485
Deċiżjoni tal-eżaminatur: rifjut tar-reġistrazzjoni tat-trade mark inkwistjoni bl-anzjanità ta’ trade marks nazzjonali u ta’ reġistrazzjonijiet internazzjonali preċedenti
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 34, 75 u 77 tar-Regolament Nru 207/2009 sa fejn il-Bord tal-Appell i) irrifjuta b’mod illegali li jirrikonoxxi l-anzjanità, ii) ma weġibx għall-argumenti tar-rikorrenti dwar id-deċiżjonijiet tal-Bordijiet tal-Appell dwar it-talbiet ta’ prijorità u ta’ anzjanità u iii) ma żammx seduta.