Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52011XC1206(04)

Avviż tal-iskadenza imminenti ta' ċerti miżuri ta' antidumping

ĠU C 356, 6.12.2011, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

6.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 356/17


Avviż tal-iskadenza imminenti ta' ċerti miżuri ta' antidumping

2011/C 356/05

1.   Kif stipulat fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 (1) dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, il-Kummissjoni Ewropea tavża li, sakemm ma titnediex reviżjoni skont il-proċedura li ġejja, il-miżuri ta' antidumping imsemmija hawn taħt se jiskadu fid-data msemmija fit-tabella ta' hawn taħt.

2.   Proċedura

Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba bil-miktub għal reviżjoni. Din it-talba għandha tinkludi biżżejjed evidenza li turi li l-iskadenza tal-miżuri x'aktarx twassal għat-tkomplija jew għar-rikorrenza ta' dumping u ħsara.

Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tirrevedi l-miżuri kkonċernati, l-importaturi, l-esportaturi, ir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur u l-produtturi tal-Unjoni jingħataw l-opportunità li jamplifikaw, jikkontestaw jew jikkummentaw dwar il-kwistjonijiet fit-talba għar-reviżjoni.

3.   Limitu ta' żmien

Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba bil-miktub għal reviżjoni abbażi ta’ dak li ssemma hawn fuq, li għandha tasal għand il-Kummissjoni Ewropea (Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ, Unità H-1, N-105 4/92, 1049 Brussell, Belgium) (2), fi kwalunkwe data wara l-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż iżda mhux aktar tard minn tliet xhur qabel id-data msemmija fit-tabella hawn taħt.

4.   Dan l-avviż huwa ppubblikat skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009.

Prodott

Pajjiż(i) tal-oriġini jew tal-esportazzjoni

Miżuri

Referenza

Data ta' skadenza (3)

Perossosulfati

(persulfati)

Stati Uniti tal-Amerika

Repubblika Popolari taċ-Ċina

Tajwan

Dazju antidumping

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2007 (ĠU L 265, 11.10.2007, p. 1)

12.10.2012


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  Fax +32 22956505.

(3)  Il-miżura tiskadi f'nofsillejl tal-jum imsemmi f'din il-kolonna.


Top
  翻译: