Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TN0123

Kawża T-123/12: Rikors ippreżentat fil- 15 ta’ Marzu 2012 — Smartbook vs UASI (SMARTBOOK)

ĠU C 157, 2.6.2012, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

2.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 157/8


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Marzu 2012 — Smartbook vs UASI (SMARTBOOK)

(Kawża T-123/12)

2012/C 157/13

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Smartbook AG (Offenburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Milbradt u A. Schwarz, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-15 ta’ Diċembru 2011 (Każ R 799/2011-2);

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti fil-proċedimenti ta’ appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “SMARTBOOK” (Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 8 426 348) għal prodotti fil-klassijiet 9, 16 u 28.

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009, peress li t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni hija ta’ karattru distintiv u ma tiddeskrivix il-prodotti inkwistjoni


Top
  翻译: