Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0010

Kawża C-10/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fit- 8 ta’ Jannar 2013 — Csilla Sajtos vs Budapest Főváros VI. Kerület Önkormányzata

ĠU C 147, 25.5.2013, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 147/2


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fit-8 ta’ Jannar 2013 — Csilla Sajtos vs Budapest Főváros VI. Kerület Önkormányzata

(Kawża C-10/13)

2013/C 147/02

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Munkaügyi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Csilla Sajtos

Konvenuta: Budapest Főváros VI. Kerület Önkormányzata

Domandi preliminari

(1)

Fid-dawl tal-Artikolu 6(3) tat-[Trattat tal-Unjoni Ewropea], id-dritt għall-protezzjoni kontra kull tkeċċija mhux iġġustifikata għandu jitqies bħala dritt fundamentali li, inkwantu prinċipju ġenerali, huwa parti mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni Ewropea u għandu jiġi applikat bħala regola tad-dritt primarju tal-Unjoni?

(2)

Jekk tingħata risposta fl-affermattiv, tali dritt għandu jingħata wkoll lill-uffiċjali?


Top
  翻译: