Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0069

Kawża C-69/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Roma (l-Italja) fil- 11 ta’ Frar 2013 — Mediaset SpA vs Ministero dello Sviluppo Economico

ĠU C 147, 25.5.2013, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 147/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Roma (l-Italja) fil-11 ta’ Frar 2013 — Mediaset SpA vs Ministero dello Sviluppo Economico

(Kawża C-69/13)

2013/C 147/11

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Roma

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Mediaset SpA

Konvenut: Ministero dello Sviluppo Economico

Domandi preliminari

(1)

Il-Qorti nazzjonali, imsejħa sabiex tiddeċiedi fuq l-ammont tal-għajnuna mill-Istat li l-irkupru tagħha ġie ordnat mill-Kummissjoni Ewropea, hija marbuta, kemm mill-perspettiva tal-“jekk” kif ukoll tal-“kemm”, mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tal-24 ta’ Jannar 2007, adottata wara l-proċedura dwar l-Għajnuna mill-Istat C-52/2005, kif ikkompletata mid-deċiżjonijiet meħuda mill-Kummissjoni Ewropea fin-noti tal-11 ta’ Ġunju 2008 COMP/H4/EK/cd D(2008) 127 u tat-23 ta’ Ottubru 2009 COMP/H4/CN/si D(2009) 230 u li ġiet ikkonfermata mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tal-15 ta’ Ġunju 2010, mogħtija fil-kuntest tal-Kawża T-177/07?

(2)

Fil-każ kuntrarju, bl-affermazzjoni, fis-sentenza tal-15 ta’ Ġunju 2010 mogħtija fil-Kawża T-177/07, li l-qorti nazzjonali hija kompetenti sabiex tiddeċiedi fuq l-ammont tal-għajnuna mill-Istat, il-Qorti tal-Ġustizzja kellha l-intenzjoni li tillimita din is-setgħa għall-kwantifikazzjoni ta’ ammont li, sa fejn jirrigwarda għajnuna mill-Istat effettivament implementata jew miksuba, għandu neċessarjament ikollu valur pożittiv, u ma jkunx ugwali għal żero?

(3)

Jew inkella, bl-affermazzjoni, fis-sentenza tal-15 ta’ Ġunju 2010 mogħtija fil-Kawża T-177/07, li l-Qorti nazzjonali hija kompetenti sabiex tippronunzja ruħha fuq l-ammont tal-għajnuna mill-Istat, il-Qorti tal-Ġustizzja kellha l-intenzjoni tattribwixxi lill-qorti nazzjonali s-setgħa li tevalwa t-talba ta’ ħlas lura kemm mill-perspettiva tal-“jekk” kif ukoll tal-“kemm” tagħha, u tasal sa tagħtiha s-setgħa li teskludi kull obbligu ta’ ħlas lura?


Top
  翻译: