This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013TN0139
Case T-139/13: Action brought on 8 March 2013 — Eltek/OHIM — Eltec Elektronik (ELTEK)
Kawża T-139/13: Rikors ippreżentat fit- 8 ta’ Marzu 2013 — Eltek vs UASI — Eltec Elektronik (ELTEK)
Kawża T-139/13: Rikors ippreżentat fit- 8 ta’ Marzu 2013 — Eltek vs UASI — Eltec Elektronik (ELTEK)
ĠU C 147, 25.5.2013, p. 21–22
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
25.5.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 147/21 |
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Marzu 2013 — Eltek vs UASI — Eltec Elektronik (ELTEK)
(Kawża T-139/13)
2013/C 147/38
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Eltek SpA (Casale Monferrato, l-Italja) (rappreżentanti: G. Floridia u R. Floridia, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Eltec Elektronik AG (Mainz, il-Ġermanja)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tas-7 ta’ Jannar 2013 (kif irrettifikata bir-rettifika tat-22 ta’ Jannar 2013) innotifikata u rċevuta fl-10 ta’ Jannar 2013 fil-Każ R 511/2012-1, dwar il-proċedimenti ta’ oppożizzjoni Nru B 992 851, u l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 4368 064, minħabba li r-rekwiżiti kollha għal reġistrazzjoni valida ta’ kull prodott kienu ssodisfatti; |
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali u tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni u l-Bord tal-Appell. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “ELTEK”, għal prodotti fil-klassi 9 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 4 368 064
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark jew sinjal invokat: trade mark Ġermaniża u reġistrazzjoni internazzjonali “ELTEC”, li tkopri il-Benelux, Spanja, Franza, l-Italja, l-Awstrija u l-Portugall, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 37, 38, 41 u 42
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni parzjalment miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ u trade mark Komunitarja li għaliha saret l-applikazzjoni miċħuda fir-rigward ta’ ċerti prodotti fil-klassi 9
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.