Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011FA0087

Kawża F-87/11: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat- 30 ta’ Jannar 2013 — Wahlström vs Frontex ( “Servizz Pubbliku — Membru tal-persunal temporanju — Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt għal żmien determinat — Artikolu 8 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg — Proċedura — Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali — Kompetenza” )

ĠU C 147, 25.5.2013, p. 32–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 147/32


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-30 ta’ Jannar 2013 — Wahlström vs Frontex

(Kawża F-87/11) (1)

(Servizz Pubbliku - Membru tal-persunal temporanju - Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt għal żmien determinat - Artikolu 8 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg - Proċedura - Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali - Kompetenza)

2013/C 147/57

Lingwa tal-kawża:l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Kari Wahlström (Alimos, il-Greċja), (rappreżentant: S. Pappas, avukat)

Konvenuta: Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (Frontex), (rappreżentanti: S. Vuorensola u H. Caniard, aġenti, assistiti minn D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li ma jiġix imġedded il-kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju tar-rikorrenti.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni tad-direttur eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, tal-10 ta’ Diċembru 2010, li ma jiġix imġedded il-kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju ta’ K. Wahlström hija annullata.

(2)

L-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tbati l-ispejjeż sostnuti minn K. Wahlström.


(1)  ĠU C 347, 26.11.2011, p. 45.


Top
  翻译: