Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012FN0101

Kawża F-101/12: Rikors ippreżentat fl- 24 ta’ Settembru 2013 — ZZ vs Il-Kummissjoni

ĠU C 147, 25.5.2013, p. 36–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 147/36


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Settembru 2013 — ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-101/12)

2013/C 147/69

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: D. Abreu Caldas, A. Coolen, J.-N. Louis, E. Marchal u S. Orlandi, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni li tiġi rtirata l-offerta ta’ trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni aċċettata mir-rikorrent u li tiġi ssostitwita b’oħra, ikkalkolata fuq il-bażi tad-DĠI il-ġodda

Talbiet tar-rikorrent

jiddikjara illegali l-Artikolu 9 tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal;

jannulla d-deċiżjoni tal-21 ta’ Ġunju 2011 li tannulla u tissostitwixxi l-offerta ta’ trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni aċċettata fit-28 ta’ Lulju 2010;

jannulla d-deċiżjoni tal-21 ta’ Ġunju 2011 li għat-talba għat-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrent jiġu applikati l-parametri stabbiliti fid-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tat-3 ta’ Marzu 2011;

jikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.


Top
  翻译: