This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011CA0652
Case C-652/11 P: Judgment of the Court (Seventh Chamber) of 11 April 2013 — Mindo Srl v European Commission (Appeals — Competition — Agreements, decisions and concerted practices — Italian market for the purchase and first processing of raw tobacco — Payment of the fine by the jointly and severally liable debtor — Interest in bringing proceedings — Burden of proof)
Kawża C-652/11 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal- 11 ta’ April 2013 — Mindo Srl vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Kompetizzjoni — Akkordju — Suq Taljan tax-xiri u tal-ewwel ipproċessar tat-tabakk mhux maħdum — Ħlas tal-multa mill-kodebitur in solidum — Interess ġuridiku — Oneru tal-prova)
Kawża C-652/11 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal- 11 ta’ April 2013 — Mindo Srl vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Kompetizzjoni — Akkordju — Suq Taljan tax-xiri u tal-ewwel ipproċessar tat-tabakk mhux maħdum — Ħlas tal-multa mill-kodebitur in solidum — Interess ġuridiku — Oneru tal-prova)
ĠU C 156, 1.6.2013, p. 11–12
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
1.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 156/11 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-11 ta’ April 2013 — Mindo Srl vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-652/11 P) (1)
(Appell - Kompetizzjoni - Akkordju - Suq Taljan tax-xiri u tal-ewwel ipproċessar tat-tabakk mhux maħdum - Ħlas tal-multa mill-kodebitur in solidum - Interess ġuridiku - Oneru tal-prova)
2013/C 156/17
Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż
Partijiet
Appellant: Mindo Srl (rappreżentanti: G. Mastrantonio, C. Osti u A. Prastaro, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: N. Khan u L. Malferrari, aġenti assistiti minn F. Ruggeri Laderchi u R. Nazzini, avukati)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tal-5 ta’ Ottubru 2011, Mindo vs Il-Kummissjoni (T-19/06), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ddikjarat li ma hemmx lok għal deċiżjoni fuq talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2005)4012 finali, tal-20 ta’ Ottubru 2005, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 tat-Trattat KE (Każ COMP/C.38.281/B.2 — Tabakk mhux ipproċessat, l-Italja), li tirrigwarda akkordju intiż li jiffissa l-prezzijiet mħallsa lill-produtturi u lil intermedjarji oħra u li jistabbilixxi l-qsim tal-fornituri fis-suq Taljan tat-tabakk mhux maħdum, kif ukoll l-annullament jew it-tnaqqis tal-multa imposta fuq l-appellanti — Appellanti li kienet is-suġġett ta’ proċedura ta’ insolvenza fil-mori tal-kawża — Tmiem tal-interess ġuridiku
Dispożittiv
(1) |
Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-5 ta Ottubru 2011, Mindo vs Il-Kummissjoni (T-19/06), hija annullata. |
(2) |
Il-kawża hija rrinvjata quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea. |
(3) |
L-ispejjeż huma rriżervati. |