This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013TN0686
Case T-686/13: Action brought on 17 December 2013 — Unibail Management v OHIM (Representation of two lines and four stars)
Kawża T-686/13: Rikors ippreżentat fis- 17 ta’ Diċembru 2013 — Unibail Management vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ żewġ linji u erba’ stilel)
Kawża T-686/13: Rikors ippreżentat fis- 17 ta’ Diċembru 2013 — Unibail Management vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ żewġ linji u erba’ stilel)
ĠU C 52, 22.2.2014, p. 42–42
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
22.2.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 52/42 |
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Diċembru 2013 — Unibail Management vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ żewġ linji u erba’ stilel)
(Kawża T-686/13)
2014/C 52/80
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Unibail Management (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: L. Bénard, A. Rudoni, O. Klimis, avukati)
Konvenuta: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla parzjalment id-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-3 ta’ Settembru 2013, fil-Każ R 300/2013-2 inkwantu rrifjutat ir-reġistrazzjoni tal-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 10 940 161 għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 35, 36, 38, 41 u 42; |
— |
tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva komposta minn erba’ stilel b’ħames punti, ippreċeduti u segwiti minn linja orizzontali għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 35, 36, 38, 39, 41, 42 u 43 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 10 940 161
Deċiżjoni tal-eżaminatur: Applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud
Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 7(1)(b), flimkien mal-ewwel sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009