This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013TB0235
Case T-235/13: Order of the General Court of 7 July 2014 — Gopack v Commission (Application for annulment — Environment — Directive 94/62/EC — Packaging and packaging waste — Directive 2013/2/EU — Rolls, tubes and cylinders around which flexible material is wound — Lack of direct concern — Inadmissibility)
Kawża T-235/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas- 7 ta’ Lulju 2014 – Gopack vs Il-Kummissjoni ( “Rikors għal annullament — Ambjent — Direttiva 94/62/KE — Imballaġġ u skart mill-imballaġġ — Direttiva 2013/2/UE — Rollijiet, tubi u ċilindri li magħhom jiddawwar materjal flessibbli — Nuqqas ta’ interess dirett — Inammissibbiltà” )
Kawża T-235/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas- 7 ta’ Lulju 2014 – Gopack vs Il-Kummissjoni ( “Rikors għal annullament — Ambjent — Direttiva 94/62/KE — Imballaġġ u skart mill-imballaġġ — Direttiva 2013/2/UE — Rollijiet, tubi u ċilindri li magħhom jiddawwar materjal flessibbli — Nuqqas ta’ interess dirett — Inammissibbiltà” )
ĠU C 315, 15.9.2014, p. 55–56
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
15.9.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 315/55 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Lulju 2014 – Gopack vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-235/13) (1)
((“Rikors għal annullament - Ambjent - Direttiva 94/62/KE - Imballaġġ u skart mill-imballaġġ - Direttiva 2013/2/UE - Rollijiet, tubi u ċilindri li magħhom jiddawwar materjal flessibbli - Nuqqas ta’ interess dirett - Inammissibbiltà”))
2014/C 315/93
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Gopack (Manosque, Franza) (rappreżentanti: J.-M. Leprêtre u N. Chahid-Nouraï, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Alcover San Pedro u J.-F. Brakeland, aġenti)
Suġġett
Talba għal annullament parzjali tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2013/2/UE, tas-7 ta’ Frar 2013, li temenda l-Anness I għad-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (ĠU L 37, p. 10), sa fejn il-Kummissjoni inkludiet ir-rollijiet, it-tubi u ċ-ċilindri li magħhom jiddawwar materjal flessibbli, bl-eċċezzjoni ta’ dawk maħsuba li jifformaw parti minn tagħmir tal-produzzjoni u li ma humiex użati sabiex jippreżentaw prodott bħala unità ta’ bejgħ, fuq il-lista ta’ eżempji ta’ prodotti li juru l-applikazzjoni tal-kriterji li jippreċiżaw il-kunċett ta’ “imballaġġ”.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli. |
2) |
Gopack hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea. |