Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TA0355

Kawża T-355/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Jannar 2015 – easyJet Airline vs Il-Kummissjoni (“Kompetizzjoni – Abbuż minn pożizzjoni dominanti – Suq tas-servizzi tal-ajruport – Deċiżjoni li tiċħad ilment – Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 – Trattament tal-każ minn awtorità tal-kompetizzjoni ta’ Stat Membru – Ċaħda tal-ilment għal raġunijiet ta’ prijorità – Deċiżjoni tal-awtorità tal-kompetizzjoni li tislet il-konklużjonijiet, fid-dritt tal-kompetizzjoni, ta’ investigazzjoni mwettqa fir-rigward ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli fis-settur ikkonċernat – Obbligu ta’ motivazzjoni”)

ĠU C 73, 2.3.2015, p. 25–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

2.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 73/25


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Jannar 2015 – easyJet Airline vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-355/13) (1)

(“Kompetizzjoni - Abbuż minn pożizzjoni dominanti - Suq tas-servizzi tal-ajruport - Deċiżjoni li tiċħad ilment - Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 - Trattament tal-każ minn awtorità tal-kompetizzjoni ta’ Stat Membru - Ċaħda tal-ilment għal raġunijiet ta’ prijorità - Deċiżjoni tal-awtorità tal-kompetizzjoni li tislet il-konklużjonijiet, fid-dritt tal-kompetizzjoni, ta’ investigazzjoni mwettqa fir-rigward ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli fis-settur ikkonċernat - Obbligu ta’ motivazzjoni”)

(2015/C 073/32)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: easyJet Airline (Luton, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: M. Werner u R. Marian, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Biolan u F. Ronkes Agerbeek, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Luchthaven Schiphol NV (Schipol, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: J. de Pree, G. Hakopian u S. Molin, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2013) 2727 finali, tat-3 ta’ Mejju 2013, li tiċħad l-ilment imressaq mir-rikorrenti kontra Luchthaven Schiphol, fir-rigward ta’ allegat aġir antikompetittiv fis-suq tas-servizzi tal-ajruport (Każ COMP/39.869 – easyJet/Schiphol).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

easyJet Airline Co. Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 260, 7.9.2013.


Top
  翻译: