Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TB0482

Kawża T-482/12: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Jannar 2015 – Internationaler Hilfsfonds vs Il-Kummissjoni (“Rikors għal annullament – Aċċess għal dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Rifjut impliċitu ta’ aċċess – Eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-Qorti Ġenerali – Rikors promotur – Ksur ta’ rekwiżiti proċedurali – Artikolu 44(1)(ċ) tar-Regoli tal-Proċedura – Inammissibbiltà”)

ĠU C 73, 2.3.2015, p. 34–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

2.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 73/34


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Jannar 2015 – Internationaler Hilfsfonds vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-482/12) (1)

(“Rikors għal annullament - Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Rifjut impliċitu ta’ aċċess - Eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-Qorti Ġenerali - Rikors promotur - Ksur ta’ rekwiżiti proċedurali - Artikolu 44(1)(ċ) tar-Regoli tal-Proċedura - Inammissibbiltà”)

(2015/C 073/44)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Internationaler Hilfsfonds eV (Rosbach, il-Ġermanja) (rappreżentant: H.-H. Heyland, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Costa de Oliveira u T. Scharf, aġenti, assistiti inizjalment minn R. Van der Hout u A. Krämer, sussegwentement minn R. Van der Hout, avukati)

Suġġett

Prinċipalment, talba għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni li tirrifjuta milli tagħti lir-rikorrenti aċċess sħiħ għad-dokumenti tal-fajl dwar il-kuntratt LIEN 97-2011 u, sussidjarjament, talba għall-annullament parzjali tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Awwissu 2012 bi tweġiba għall-ittra tar-rikorrenti tas-27 ta’ Lulju 2012, intiża sabiex il-Kummissjoni teżegwixxi s-sentenza tat-22 ta’ Mejju 2012, Internationaler Hilfsfonds vs Il-Kummissjoni (T-300/10, Ġabra, EU:T:2012:247).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Internationaler Hilfsfonds eV għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 26, 26.01.2013.


Top
  翻译: