Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TN0775

Kawża T-775/14: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2014 – Red Lemon vs UASI – Lidl Stiftung (ABTRONIC)

ĠU C 73, 2.3.2015, p. 39–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

2.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 73/39


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2014 – Red Lemon vs UASI – Lidl Stiftung (ABTRONIC)

(Kawża T-775/14)

(2015/C 073/50)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Red Lemon Inc. (Ħong Kong, iċ-Ċina) (rappreżentanti: T. Wieland u S. Müller, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Lidl Stiftung & Co. KG (Neckarsulm, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant għat-trade mark inkwistjoni: ir-rikorrenti

Trade mark inkwistjoni: it-trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-element verbali “ABTRONIC” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 8 534 811

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-4 ta’ Settembru 2014 fil-Każ R 2060/2013-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tiċħad l-oppożizzjoni

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


Top
  翻译: