This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013TA0015
Case T-15/13: Judgment of the General Court of 13 May 2015 — Group Nivelles v OHIM — Easy Sanitary Solutions (Shower drain conduit) (Community design — Invalidity proceedings — Registered design representing a shower drain conduit — Earlier design — Grounds for invalidity — Novelty — Individual character — Visible characteristic of the earlier design — Goods at issue — Articles 4 to 7, 19 and 25(1)(b) of Regulation (EC) No 6/2002)
Kawża T-15/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Mejju 2015 – Group Nivelles vs UASI – Easy Sanitairy Solutions (Drejn għall-evakwazzjoni tal-ilma tad-doċċa) (“Disinn Komunitarju — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Disinn irreġistrat li jirrappreżenta drejn għall-evakwazzjoni tal-ilma tad-doċċa — Disinn preċedenti — Raġunijiet għal invalidità — Novità — Karattru individwali — Karatteristiċi viżibbli tad-disinn preċedenti — Prodotti inkwistjoni — Artikoli 4 sa 7, 19 u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002”)

ĠU C 213, 29.6.2015, p. 30–30
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
29.6.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 213/30 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Mejju 2015 – Group Nivelles vs UASI – Easy Sanitairy Solutions (Drejn għall-evakwazzjoni tal-ilma tad-doċċa)
(Kawża T-15/13) (1)
((“Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn irreġistrat li jirrappreżenta drejn għall-evakwazzjoni tal-ilma tad-doċċa - Disinn preċedenti - Raġunijiet għal invalidità - Novità - Karattru individwali - Karatteristiċi viżibbli tad-disinn preċedenti - Prodotti inkwistjoni - Artikoli 4 sa 7, 19 u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002”))
(2015/C 213/51)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Group Nivelles (Gingelom, il-Belġju) (rappreżentant: H. Jonkhout, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: S. Bonne u A. Folliard-Monguiral, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Easy Sanitairy Solutions BV (Losser, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: F. Eijsvogels, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI tal-4 ta’ Ottubru 2012 (Każ R 2004/2010-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn I-drain BVBA u Easy Sanitairy Solutions BV.
Dispożittiv
1) |
Id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-4 ta’ Ottubru 2012 (Każ R 2004/2010-3) hija annullata. |
2) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
3) |
L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Group Nivelles u minn Easy Sanitairy Solutions BV. |