This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014FA0059
Case F-59/14: Judgment of the Civil Service Tribunal (First Chamber) of 19 May 2015 — Brune v Commission (Civil Service — Open competition EPSO/AD/26/05 — Non-inclusion on the reserve list — Annulment by the General Court — Article 266 TFEU — Organisation of another oral test — Refusal by the candidate to participate — New decision not to include the candidate on the reserve list — Action for annulment — Dismissal — Judgment of the General Court upheld on appeal — Later application for compensation — Observance of reasonable time-limit)
Kawża F-59/14: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tad-19 ta’ Mejju 2015 – Brune vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/26/05 — Nuqqas ta’ inklużjoni fil-lista ta’ riżerva — Annullament mill-Qorti Ġenerali — Artikolu 266 TFUE — Organizzazzjoni ta’ eżami orali ieħor — Rifjut tal-kandidat milli jipparteċipa f’dan l-eżami — Deċiżjoni ġdida li l-kandidat ma jiġix inkluż fil-lista ta’ riżerva — Rikors għal annullament — Ċaħda — Konferma fl-appell tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali — Talba għal kumpens ulterjuri — Osservanza tat-terminu raġonevoli)

ĠU C 213, 29.6.2015, p. 44–45
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
29.6.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 213/44 |
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tad-19 ta’ Mejju 2015 – Brune vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-59/14) (1)
((Servizz pubbliku - Kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/26/05 - Nuqqas ta’ inklużjoni fil-lista ta’ riżerva - Annullament mill-Qorti Ġenerali - Artikolu 266 TFUE - Organizzazzjoni ta’ eżami orali ieħor - Rifjut tal-kandidat milli jipparteċipa f’dan l-eżami - Deċiżjoni ġdida li l-kandidat ma jiġix inkluż fil-lista ta’ riżerva - Rikors għal annullament - Ċaħda - Konferma fl-appell tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali - Talba għal kumpens ulterjuri - Osservanza tat-terminu raġonevoli))
(2015/C 213/72)
Lingwa tal-kawża:il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Markus Brune (Bonn, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Mannes, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u G. Gattinara, aġenti, B. Wägenbaur, avukat)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-kumpens għad-danni allegatament imġarrba minħabba t-telf ta’ opportunità tar-rikorrent għal impjieg fl-UE, ibbażata fuq is-sentenza fil-Kawża F-5/08.
Dispożittiv tas-sentenza
1) |
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tħallas lil M. Brune, għad-dannu morali mġarrab bejn is-6 ta’ Marzu 2007 u l-4 ta’ Frar 2011, is-somma ta’ EUR 4 000, flimkien mal-interessi moratorji mis-17 ta’ April 2013 bir-rata ta’ taxxa stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew għat-tranżazzjonijiet prinċipali tar-rifinanzjament għall-perijodu rilevanti u miżjuda b’żewġ punti perċentwali. |
2) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
3) |
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata li tbati n-nofs tal-ispejjeż ta’ M. Brune. |
4) |
M. Brune għandu jbatu n-nofs tal-ispejjeż tiegħu. |
(1) ĠU C 431, 1/12/2014, p. 48.