This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015FN0057
Case F-57/15: Action brought on 20 April 2015 — ZZ v European Commission
Kawża F-57/15: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ April 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni
Kawża F-57/15: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ April 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni
ĠU C 213, 29.6.2015, p. 46–47
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
29.6.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 213/46 |
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ April 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-57/15)
(2015/C 213/75)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
Id-dikjarazzjoni tal-illegalità tal-Artikolu 9 tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tat-3 ta’ Marzu 2011 (DĠI), u, min-naħa l-oħra, l-annullament tad-deċiżjoni li tikkonferma t-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba mir-rikorrent fl-iskema ta’ pensjoni tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, skont id-DĠI l-ġodda.
Talbiet tar-rikorrent
— |
tiddikjara illegali l-Artikolu 9 tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal; |
— |
tannulla d-deċiżjoni tat-18 ta’ Settembru 2014 li jiġu akkreditati d-drittijiet għall-pensjoni miksuba mir-rikorrenti qabel id-dħul fis-servizz tiegħu, fil-kuntest tat-trasferiment tagħhom fl-iskema ta’ pensjoni tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, skont id-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tat-3 ta’ Marzu 2011; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |