Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015FN0059

Kawża F-59/15: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ April 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni

ĠU C 213, 29.6.2015, p. 48–48 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/48


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ April 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-59/15)

(2015/C 213/77)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: T. Bontinck u A. Guillerme, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjoni li ma titħallasx l-allowance tal-firda mitluba mir-rikorrent wara t-tmiem tal-kariga tiegħu u sabiex jitħallsu danni għad-dannu allegatament subit.

Talbiet

jordna l-ħlas tal-allowance tal-firda mitluba, bl-interessi mis-26 ta’ Marzu 2014, data meta l-imsemmija allowance kellha titħallas, ikkalkolati abbażi tar-rata ffissata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta’ rifinanzjament, applikabbli matul il-perijodu kkonċernat, miżjuda b’żewġ punti;

jikkumpensa d-dannu subit mir-rikorrent, stmat, bla ħsara għal żieda jew tnaqqis matul il-proċedura, għal somma ta’ EUR 4  275,80, flimkien mal-interessi mid-data tat-tressiq tal-ilment (jiġifieri s-16 ta’ Settembru 2014), ikkalkolati abbażi tar-rata ffissata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta’ rifinanzjament, applikabbli matul il-perijodu kkonċernat, miżjuda b’żewġ punti;

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


Top
  翻译: