This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015FN0060
Case F-60/15: Action brought on 22 April 2015 — ZZ v OHIM
Kawża F-60/15: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ April 2015 – ZZ vs UASI
Kawża F-60/15: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ April 2015 – ZZ vs UASI
ĠU C 213, 29.6.2015, p. 48–49
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
29.6.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 213/48 |
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ April 2015 – ZZ vs UASI
(Kawża F-60/15)
(2015/C 213/78)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: N. Lhoëst, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
L-annullament tad-deċiżjoni tal-President tal-UASI tal-4 ta’ Ġunju 2014 li tittermina l-kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju tar-rikorrent kif ukoll it-talba, jekk possibbli, li dan jiġi rrijintegrat fl-UASI u, jekk le, li jirċievi kumpens pekunjarju ekwu għall-allegata terminazzjoni illegali tal-kuntratt tiegħu u, finalment, it-talba għad-danni morali allegatament subit.
Talbiet
— |
Jannulla d-deċiżjoni tal-President tal-UASI tal-4 ta’ Ġunju 2014 li tittermina l-kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju tar-rikorrent; |
— |
Konsegwentement, jordna r-rijintegrazzjoni tar-rikorrent u jikkundanna lill-konvenut għad-danni u b’hekk għall-ħlas lir-rikorrenti tar-remunerazzjoni għall-perijodu ta’ bejn id-dħul fis-seħħ tat-tħassir tal-kuntratt tiegħu u d-data tar-rijintegrazzjoni tiegħu minħabba l-annullament tad-deċiżjoni adottata u (ii) għall-bini mill-ġdid tal-karriera tiegħu li ġiet interrotta b’mod irregolari permezz tad-deċiżjoni tat-tħassir tal-kuntratt tiegħu; |
— |
sussidjarjament, f’każ li r-rijintegrazzjoni tar-rikorrent twassal għal diffikultajiet prattiċi kbar jekk tkun tidher eċċessiva fir-rigward tas-sitwazzjoni ta’ terzi, tikkundanna lill-konvenut għall-ħlas ta’ kumpens pekunjarju ekwu għat-tħassir illegali tal-kuntratt tiegħu, billi jittieħdu inkunsiderazzjoni mhux biss it-telf ta’ remunerazzjoni fil-passat iżda wkoll tat-telf serju ta’ opportunità tar-rikorrent li jibqa’ fis-servizz tal-UASI sal-età tal-irtirar tiegħu fil-kuntest ta’ kuntratt għal żmien mhux determinat u li javvanza fil-karriera tiegħu; |
— |
fi kwalunkwe każ, jikkundanna lil-konvenut għall-ħlas tad-danni bħala kumpens għad-danni moral allegatament subiti, ivvalutati ex aequo et bono fl-ammont ta’ EUR 15 000; |
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż kollha. |