Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TA0486

Kawża T-486/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Jannar 2016 – Stavytskyi vs Il-Kunsill (“Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi adottati fir-rigward tas-sitwazzjoni fl-Ukraina — Iffriżar ta’ fondi — Lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplika l-iffriżar tal-foondi u tar-rikors ekonomiċi — Inklużjoni tal-isem tar-rikorrent — Prova tal-fondatezza tal-iskrizzjoni fil-lista”)

ĠU C 98, 14.3.2016, p. 39–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

14.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/39


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Jannar 2016 – Stavytskyi vs Il-Kunsill

(Kawża T-486/14) (1)

((“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi adottati fir-rigward tas-sitwazzjoni fl-Ukraina - Iffriżar ta’ fondi - Lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplika l-iffriżar tal-foondi u tar-rikors ekonomiċi - Inklużjoni tal-isem tar-rikorrent - Prova tal-fondatezza tal-iskrizzjoni fil-lista”))

(2016/C 098/51)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Edward Stavytskyi (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: J. Grayston, solicitor, P. Gjørtler, G. Pandey, D. Rovetta u M. Gambardella, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Piessevaux u J.-P. Hix, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annulament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2014/216/PESK, tal-14 ta’ April 2014, li timplimenta d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, ċerti entitajiet u ċerti korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU L 111, p. 91), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 381/2014, tal-14 ta’ April 2014, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU L 111, p. 33), sa fejn isem ir-rikorrent ġie inkluż fil-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplikaw dawn il-miżuri restrittivi.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2014/216/PESK, tal-14 ta’ April 2014, li timplimenta d-Deċiżjoni 2014/119/PESK, tal-5 ta’ Marzu 2014, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 381/2014, tal-14 ta’ April 2014, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014, tal-5 ta’ Marzu 2014, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina, huma annullati sa fejn jikkonċernaw lil Edward Stavytskyi.

2)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti minn Edward Stavytskyi.


(1)  ĠU C 303, 8.9.2014.


Top
  翻译: