This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013TB0681
Case T-681/13: Order of the General Court of 26 February 2016 — Colomer Italy v OHIM — Farmaca International (INTERCOSMO ESTRO) (Community trade mark — Opposition proceedings — Withdrawal of the application for registration — No need to adjudicate)
Kawża T-681/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Frar 2016 – Colomer Italy vs UASI – Farmaca International (INTERCOSMO ESTRO) (“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Irtirar tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)
Kawża T-681/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Frar 2016 – Colomer Italy vs UASI – Farmaca International (INTERCOSMO ESTRO) (“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Irtirar tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)
ĠU C 145, 25.4.2016, p. 28–28
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
25.4.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 145/28 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Frar 2016 – Colomer Italy vs UASI – Farmaca International (INTERCOSMO ESTRO)
(Kawża T-681/13) (1)
((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Irtirar tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))
(2016/C 145/35)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Colomer Italy SpA (Sala Bolognese, l-Italja) (rappreżentanti: M. Ricolfi, F. Tarocco u C. Mezzetti, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: P. Bullock u N. Bambara, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Farmaca International SpA (Torino, l-Italja) (rappreżentanti: M. Caramelli u S. Fierro, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-3 ta’ Ottubru 2013 (Każ R 1186/2012-1) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Farmaca International SpA u Colomer Italy SpA.
Dispożittiv
1) |
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors. |
2) |
Colomer Italy SpA u Farmaca International SpA huma kkundannati jbatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll, kull wieħed minnhom, nofs dawk tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) |