This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016CN0248
Case C-248/16: Request for a preliminary ruling from the Oberster Gerichtshof (Austria) lodged on 2 May 2016 — Austria Asphalt GmbH & Co OG v Bundeskartellanwalt
Kawża C-248/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Obersten Gerichtshofs (l-Awstrija) fit-2 ta’ Mejju 2016 – Austria Asphalt GmbH & Co OG vs Bundeskartellanwalt
Kawża C-248/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Obersten Gerichtshofs (l-Awstrija) fit-2 ta’ Mejju 2016 – Austria Asphalt GmbH & Co OG vs Bundeskartellanwalt
ĠU C 260, 18.7.2016, p. 27–28
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
18.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 260/27 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Obersten Gerichtshofs (l-Awstrija) fit-2 ta’ Mejju 2016 – Austria Asphalt GmbH & Co OG vs Bundeskartellanwalt
(Kawża C-248/16)
(2016/C 260/34)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberster Gerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Austria Asphalt GmbH & Co OG
Konvenut: Bundeskartellanwalt
Domanda preliminari
L-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1), tal-20 ta’ Jannar 2004, dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet), għandhom jiġu interpretati fis-sens li bidla minn kontroll uniku għal kontroll bi sħab ta’ impriża eżistenti, f’ċirkustanzi fejn l-impriża li qabel kellha kontroll uniku ssir impriża li teżerċita kontroll bi sħab, tikkostitwixxi konċentrazzjoni biss meta l-impriża kkontrollata jkollha l-funzjonijiet kollha ta’ entità awtonoma fuq bażi dewwiema?
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004, tal-20 ta’ Jannar 2004, dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 3, p. 40).