Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TN0230

Kawża T-230/16: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Mejju 2016 – C & J Clark International vs Il-Kummissjoni

ĠU C 260, 18.7.2016, p. 42–43 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

18.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 260/42


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Mejju 2016 – C & J Clark International vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-230/16)

(2016/C 260/53)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: C & J Clark International Ltd (Somerset, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: A. Willems, S. De Knop u J. Charles, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara r-rikors inammissibbli;

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/223, tas-17 ta’ Frar 2016, li jistabbilixxi proċedura għall-valutazzjoni ta’ ċerti talbiet għal trattament ta’ ekonomija tas-suq u għal trattment individwali li jsiru minn produtturi esportaturi miċ-Ċina u mill-Vjetnam, u li jimplimentaw is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawżi magħquda C-659/13 u C-34/14; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ attribuzzjoni tal-kompetenzi stabbilit fl-Artikolu 5(1) u (2) TUE, sa fejn il-Kummissjoni aġixxiet billi bbażat ruħha fuq bażi legali żbaljata;

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 266 TFUE, sa fejn il-Kummissjoni ma adottatx il-miżuri neċessarji biex tikkonforma ruħha mas-sentenza C & J Clark International u Puma (C-659/13 u C-34/14, EU:C:2016:74);

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 5(1) u (4) TUE, sa fejn il-Kummissjoni adottat att li jmur lil hinn minn dak li huwa neċessarju biex jintlaħaq l-għan imfittex minnha; u

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq abbuż ta’ poter mill-Kummissjoni, sa fejn din tal-aħħar abbużat mill-kompetenzi tagħha għal finijiet differenti minn dawk li ngħatawlha għalihom.


Top
  翻译: