This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016FN0037
Case F-37/16: Action brought on 29 July 2016 — ZZ v EIB
Kawża F-37/16: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Lulju 2016 – ZZ vs BEI
Kawża F-37/16: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Lulju 2016 – ZZ vs BEI
ĠU C 335, 12.9.2016, p. 54–55
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
12.9.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 335/54 |
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Lulju 2016 – ZZ vs BEI
(Kawża F-37/16)
(2016/C 335/71)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: B. Maréchal, avukat)
Konvenuta: Bank Ewropew tal-Investiment (BEI)
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
L-annullament tad-deċiżjoni, adottata fil-kuntest tal-proċedura ta’ investigazzjoni tad-Dinjità fuq ix-Xogħol inkonnessjoni ma’ allegazzjonijiet ta’ fastidji sesswali, li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti kif ukoll it-talba tagħha ta’ riżariment tad-danni morali kif ukoll tal-ispejjeż mediċi sostnuti minnha.
Talbiet
— |
Tannulla d-deċiżjoni tas-16 ta’ Ottubru 2015, adottata fil-kuntest tal-proċedura ta’ investigazzjoni tad-Dinjità fuq ix-Xogħol tal-20 ta’ Mejju 2015 mibdija mir-rikorrenti kontra is-superviżur tagħha, kif investigat mill-bord tal-investigazzjonjiet u tannulla r-rapport tal-bord tal-investigazzjonjiet tal-14 ta’ Settembru 2015 marbut mat-talba tad-Dinjità fuq ix-Xogħol mressqa mir-rikorrenti, li ċaħad l-ilment tagħha u li kien jinkludi rakkomandazzjonijiet inadegwati, fosthom l-iċċensurar tar-rapport; |
— |
Tordna r-riżarċiment tal-ispejjeż mediċi naxxenti mid-dannu subit mir-rikorrenti fl-ammont ta’ (i) EUR 977 sal-lum (incluż il-VAT) u (ii) fl-ammont provviżorju ta’ EUR 5 850 għal spejjeż mediċi futuri; |
— |
Tordna r-riżarċiment tad-danni morali subiti mir-rikorrenti fl-ammont ta’ EUR 20 000; |
— |
Tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż. |