Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TN0687

Kawża T-687/16: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Settembru 2016 – Koton Mağazacilik Tekstil Sanayi ve Ticaret vs EUIPO – Nadal Esteban (STYLO & KOTON)

ĠU C 410, 7.11.2016, p. 31–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 410/31


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Settembru 2016 – Koton Mağazacilik Tekstil Sanayi ve Ticaret vs EUIPO – Nadal Esteban (STYLO & KOTON)

(Kawża T-687/16)

(2016/C 410/44)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Koton Mağazacilik Tekstil Sanayi ve Ticaret AŞ (Istanbul, Turkija) (rappreżentanti: J. Güell Serra u E. Stoyanov Edissonov, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Joaquín Nadal Esteban (Alcobendas, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “STYLO & KOTON” – Trade mark tal-Unjoni Nru 9 917 436

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-14 ta’ Ġunju 2016, fil-Każ R 1779/2015-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tordna li t-trade mark inkwistjoni tiġi ddikjarata invalida mill-EUIPO;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikoli 8(1)(b) u 52(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


Top
  翻译: