Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012FB0152

Kawża F-152/12: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ Ġunju 2016 – Poniskaitis vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Pensjonijiet — Trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni nazzjonali — Proposti ta’ akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz — Att li ma jikkawżax preġudizzju — Inammissibbiltà tar-rikors — Talba għal deċiżjoni mingħajr ma t-Tribunal jidħol fil-mertu tal-kawża — Artikolu 83 tar-Regoli tal-Proċedura)

ĠU C 410, 7.11.2016, p. 39–39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 410/39


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ Ġunju 2016 – Poniskaitis vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-152/12) (1)

((Servizz pubbliku - Uffiċjali - Pensjonijiet - Trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni nazzjonali - Proposti ta’ akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz - Att li ma jikkawżax preġudizzju - Inammissibbiltà tar-rikors - Talba għal deċiżjoni mingħajr ma t-Tribunal jidħol fil-mertu tal-kawża - Artikolu 83 tar-Regoli tal-Proċedura))

(2016/C 410/70)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Jonas Poniskaitis (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment minn D. de Abreu Caldas, A. Coolen, J.-N. Louis, É. Marchal u S. Orlandi, avukati, sussegwentement minn D. de Abreu Caldas, J.-N. Louis u S. Orlandi, avukati, sussegwentement minn J.-N. Louis u S. Orlandi, avukati, fl-aħħar nett minn J.-N. Louis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn D. Martin u G. Gattinara, aġenti, sussegwentement minn J. Currall u G. Gattinara, aġenti, sussegwentement minn G. Gattinara, aġent, fl-aħħar nett minn G. Gattinara u F. Simonetti, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni għall-kalkolu ta’ akkreditazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba qabel id-dħul fis-servizz abbażi tad-DĠI ġodda.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Jonas Poniskaitis għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 71, 9.3.2013., p. 30.


Top
  翻译: