This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016TN0774
Case T-774/16: Action brought on 7 November 2016 — Consejo Regulador del Cava v EUIPO — Cave de Tain L'Hermitage, union des propriétaires (CAVE DE TAIN)
Kawża T-774/16: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Novembru 2016 – Consejo Regulador del Cava vs EUIPO – Cave de Tain L’Hermitage, union des propriétaires (CAVE DE TAIN)
Kawża T-774/16: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Novembru 2016 – Consejo Regulador del Cava vs EUIPO – Cave de Tain L’Hermitage, union des propriétaires (CAVE DE TAIN)
ĠU C 6, 9.1.2017, p. 50–51
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
9.1.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 6/50 |
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Novembru 2016 – Consejo Regulador del Cava vs EUIPO – Cave de Tain L’Hermitage, union des propriétaires (CAVE DE TAIN)
(Kawża T-774/16)
(2017/C 006/63)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Consejo Regulador del Cava (Villafranca del Penedès, Spanja) (rappreżentant: C. Prat, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Cave de Tain L’Hermitage, union des proprietaires (Tain L’Hermitage, Franza)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali figurattiva tal-Unjoni bil-kulur li tinkludi l-elementi verbali “CAVE DE TAIN” – Trade mark tal-Unjoni Nru 11 345 824
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ Settembru 2016 fil-Każ R 980/2015-4
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn ma tiddikjarax l-invalidità tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea kontenzjuża għall-“inbejjed frizzanti ta’ denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata”; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
— |
Ksur tal-Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 kif ukoll tal-Artikoli 102(1)(b) u 103(2)(b) tar-Regolament Nru 1308/2013. |