Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CA0662

Kawża C-662/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-24 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – Lohmann & Rauscher International GmbH & Co. KG vs BIOS Medical Services GmbH, li kienet BIOS Naturprodukte GmbH (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Direttiva 93/42/KEE — Mezzi mediċi — Mezzi mediċi tal-Klassi I (faxex kirurġiċi) li kienu s-suġġett ta’ proċedura ta’ evalwazzjoni ta’ konformità mill-fabbrikant — Importazzjoni parallela — Żieda fuq it-tikketta tal-informazzjoni dwar l-importatur — Proċedura ta’ stima addizzjonali ta’ konformità)

ĠU C 30, 30.1.2017, p. 14–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-24 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – Lohmann & Rauscher International GmbH & Co. KG vs BIOS Medical Services GmbH, li kienet BIOS Naturprodukte GmbH

(Kawża C-662/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet - Direttiva 93/42/KEE - Mezzi mediċi - Mezzi mediċi tal-Klassi I (faxex kirurġiċi) li kienu s-suġġett ta’ proċedura ta’ evalwazzjoni ta’ konformità mill-fabbrikant - Importazzjoni parallela - Żieda fuq it-tikketta tal-informazzjoni dwar l-importatur - Proċedura ta’ stima addizzjonali ta’ konformità))

(2017/C 030/15)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Lohmann & Rauscher International GmbH & Co. KG

Konvenuta: BIOS Medical Services GmbH, li kienet BIOS Naturprodukte GmbH

Dispożittiv

L-Artikolu 1(2)(f) u l-Artikolu 11 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE, tal-14 ta’ Ġunju 1993, dwar mezzi mediċi, kif emendata bid-Direttiva 2007/47/KE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Settembru 2007, għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma ma jimponux fuq importatur parallel ta’ mezz mediku, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jġib marka CE u li kien is-suġġett ta’ stima tal-konformità fis-sens tal-imsemmi Artikolu 11, l-obbligu li jwettaq stima ġdida intiża li tikkonferma l-konformità tal-informazzjoni li tippermetti li jiġi identifikat, li huwa jżid mat-tikketta ta’ dan il-mezz bil-għan li jitpoġġa fis-suq tal-Istat Membru ta’ importazzjoni.


(1)  ĠU C 118, 4.4.2016.


Top
  翻译: