This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016CN0601
Case C-601/16 P: Appeal brought on 24 November 2016 by Arrow Group ApS, Arrow Generics Ltd against the judgment of the General Court (Ninth Chamber) delivered on 8 September 2016 in Case T-467/13: Arrow Group ApS, Arrow Generics Ltd v European Commission
Kawża C-601/16 P: Appell ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2016 minn Arrow Group ApS, Arrow Generics Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fit-8 ta’ Settembru 2016 fil-Kawża T-467/13, Arrow Group ApS, Arrow Generics Ltd vs Il-Kummissjoni Ewropea
Kawża C-601/16 P: Appell ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2016 minn Arrow Group ApS, Arrow Generics Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fit-8 ta’ Settembru 2016 fil-Kawża T-467/13, Arrow Group ApS, Arrow Generics Ltd vs Il-Kummissjoni Ewropea
ĠU C 30, 30.1.2017, p. 29–30
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
30.1.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 30/29 |
Appell ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2016 minn Arrow Group ApS, Arrow Generics Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fit-8 ta’ Settembru 2016 fil-Kawża T-467/13, Arrow Group ApS, Arrow Generics Ltd vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-601/16 P)
(2017/C 030/34)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Arrow Group ApS, Arrow Generics Ltd (rappreżentanti: C. Firth, S. Kon, C. Humpe, Solicitors)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali, tat-8 ta’ Settembru 2016, fil-Kawża T-467/13 u/jew tannulla l-Artikoli 1, 2 u 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 3803 finali, tad-19 ta’ Ġunju 2013, fil-Każ AT.39226—Lundebeck sa fejn dawn jirrigwardaw lil Arrow; jew |
— |
sussidjarjament, tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali, tat-8 ta’ Settembru 2016, fil-Kawża T-467/13 u tibgħat il-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali; jew |
— |
b’mod sussidjarju finali, tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali, tat-8 ta’ Settembru 2016, fil-Kawża T-467/13 sa fejn is-sentenza kkonfermat il-multa imposta fuq Arrow skont l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 3803 finali fir-rigward tal-Ftehimiet tar-Renju Unit u tad-Danimarka jew tnaqqas l-ammont ta’ tali multa; u |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ Arrow. |
Aggravji u argumenti prinċipali
L-ewwel aggravju: Il-Qorti Ġenerali applikat it-test rilevanti għal kompetizzjoni potenzjali b’mod żbaljat:
1. |
L-ewwel nett, il-Qorti Ġenerali qalbet l-oneru tal-prova fuq Arrow u ħelset lill-Kummissjoni mill-obbligu tagħha li tistabbilixxi l-eżistenza ta’ kompetizzjoni potenzjali. |
2. |
It-tieni nett, il-Qorti Ġenerali żbaljat meta dderivat l-eżistenza ta’ kompetizzjoni potenzjali minn sensiela ta’ ipoteżijiet b’mod kuntrarju għall-prinċipju li kompetizzjoni potenzjali teħtieġ l-eżistenza ta’ possibbiltà reali u kontreta ta’ dħul. |
3. |
It-tielet nett, il-Qorti Ġenerali tat importanza mhux dovuta lill-intenzjoni ta’ Lundbeck u evalwat b’mod żbaljat l-importanza evidenzjali ta’ fatti li seħħew wara li l-Ftehimiet ġew iffirmati. |
4. |
Ir-raba’ nett, il-Qorti Ġenerali naqset milli tikkunsidra r-rilevanza u l-impatt tas-sentenza Paroxetine tal-qorti Ingliża. |
5. |
Il-ħames nett, il-Qorti Ġenerali b’mod żbaljat idderivat l-eżistenza ta’ kompetizzjoni potenzjali mill-fatt li Arrow kienet ħadet passi sabiex tipprepara għad-dħul fis-suq. |
6. |
Is-sitt nett, il-Qorti Ġenerali żbaljat meta applikat preżunzjoni ta’ invalidità provviżorja u nuqqas ta’ ksur tal-privattivi ta’ Lundbeck. |
It-tieni aggravju: Il-Qorti Ġenerali wettqet żball meta ddeċidiet li l-ftehimiet ta’ tranżazzjoni fil-qasam tal-privattivi kellhom l-għan li jirrestrinġu l-kompetizzjoni:
1. |
L-ewwel nett, il-Qorti Ġenerali injorat il-fatt li ftehim li huwa “sempliċement kapaċi” li jirrestrinġi l-kompetizzjoni ma huwiex ksur minħabba l-għan. |
2. |
It-tieni nett, il-Qorti Ġenerali żvijat lilha nnifisha meta kkategorizzat il-Ftehimiet bħala li essenzjalment huma ftehimiet ta’ esklużjoni mis-suq. |
3. |
It-tielet nett, il-Qorti Ġenerali b’mod żbaljat ikkonkludiet li l-Kummissjoni setgħet tistabbilixxi l-għan antikompetittiv tal-Ftehimiet mingħajr ma jkollha għalfejn tikkunsidra s-sitwazzjoni li kienet tipprevali fil-każ ta’ assenza tal-ftehimiet. |
It-tielet aggravju: Il-Qorti Ġenerali wettqet żball meta aċċettat il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni li Arrow aġixxiet b’intenzjoni jew b’negliġenza meta wettqet il-ksur allegat u ebda multa ma kellha tiġi imposta.