This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016TA0024
Case T-24/16: Judgment of the General Court of 13 December 2016 — Sovena Portugal — Consumer Goods v EUIPO — Mueloliva (FONTOLIVA) (EU trade mark — Opposition proceedings — International registration designating the European Union — Word mark FONTOLIVA — Earlier national word mark FUENOLIVA — Relative ground for refusal — Validity of the registration of the earlier mark — Submission of new facts and evidence before the General Court — Genuine use of the earlier mark — Power to alter — Article 8(1)(b), Article 42(2) and (3) and Articles 65 and 76 of Regulation (EC) No 207/2009)
Kawża T-24/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2016 – Sovena Portugal – Consumer Goods vs EUIPO – Mueloliva (FONTOLIVA) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea — Trade mark verbali FONTOLIVA — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti FUENOLIVA — Raġuni relattiva għal rifjut — Validità tar-reġistrazzjoni tat-trade mark preċedenti — Sottomissjoni tal-fatti u produzzjoni tal-provi ġodda quddiem il-Qorti Ġenerali — Użu ġenwin tat-trade mark preċedenti — Setgħa għall-bidla — Artikolu 8(1)(b), Artikolu 42(2) u (3), u Artikoli 65 u 76 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”)

ĠU C 30, 30.1.2017, p. 47–48
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
30.1.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 30/47 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2016 – Sovena Portugal – Consumer Goods vs EUIPO – Mueloliva (FONTOLIVA)
(Kawża T-24/16) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea - Trade mark verbali FONTOLIVA - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti FUENOLIVA - Raġuni relattiva għal rifjut - Validità tar-reġistrazzjoni tat-trade mark preċedenti - Sottomissjoni tal-fatti u produzzjoni tal-provi ġodda quddiem il-Qorti Ġenerali - Użu ġenwin tat-trade mark preċedenti - Setgħa għall-bidla - Artikolu 8(1)(b), Artikolu 42(2) u (3), u Artikoli 65 u 76 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))
(2017/C 030/53)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Sovena Portugal – Consumer Goods, SA (Algés, il-Portugall (rappreżentant: D. Martins Pereira, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: L. Rampini, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Mueloliva, SL (Córdoba, Spanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Novembru 2015 (Każ R 1813/2014-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Mueloliva u Sovena Portugal – Consumer Goods.
Dispożittiv
1) |
Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (trade marks u disinni) (EUIPO) tal-4 ta’ Novembru 2015 (Każ R 1813/2014-2) hija annullata. |
2) |
L-oppożizzjoni mressqa minn Mueloliva, SL għar-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea għat-trade mark verbali FONTOLIVA li għaliha saret l-applikazzjoni minn Sovena Portugal – Consumer Goods, SA hija miċħuda. |
3) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
4) |
L-EUIPO għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u dawk sostnuti minn Sovena Portugal – Consumer Goods għall-finijiet tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali. |
5) |
L-EUIPO u Meuloliva għandhom jbatu kull wieħed minnhom in-nofs tal-ispejjeż indispensabbli sostnuti minn Sovena Portugal – Consumer Goods għall-finijiet tal-proċedura quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO. |