Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TN0872

Kawża T-872/16: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Diċembru 2016 – repowermap vs EUIPO – Repower (REPOWER)

ĠU C 30, 30.1.2017, p. 58–59 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/58


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Diċembru 2016 – repowermap vs EUIPO – Repower (REPOWER)

(Kawża T-872/16)

(2017/C 030/67)

Lingwa tar-rikors: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: repowermap.org (Berna, l-Isvizzera) (rappreżentant: P. González-Bueno Catalán de Ocón, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Repower AG (Brusio, l-Isvizzera)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark verbali “REPOWER” li tindika l-Unjoni Ewropea – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 020 351 li tindika l-Unjoni Ewropea

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: it-tieni deċiżjoni (wara revoka) tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Settembru 2016 fil-Każ R 2311/2014-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tirriforma d-deċiżjoni kkontestata billi tiddikjara l-invalidità tat-trade mark ikkontestata għas-servizzi u għall-prodotti kollha mhux annullati permezz tad-deċiżjoni kkontestata, ħlief għall-ippakkjar u l-ħażna ta’ oġġetti (klassi 39), l-arranġamenti għall-ivvjaġġar (klassi 39) u l-apparat tat-tifi tan-nar bil-fowm (klassi 9);

tikkundanna lill-EUIPO u lil Repower AG għall-ispejjeż.

Motiv(i) invokat(i)

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009.

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.

Ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 flimkien mal-Artikolu 296 TFUE.


Top
  翻译: