This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016TN0863
Case T-863/16: Action brought on 5 December 2016 — Le Pen v Parliament
Kawża T-863/16: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Diċembru 2016 – Le Pen vs Il-Parlament
Kawża T-863/16: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Diċembru 2016 – Le Pen vs Il-Parlament
ĠU C 38, 6.2.2017, p. 48–50
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
6.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 38/48 |
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Diċembru 2016 – Le Pen vs Il-Parlament
(Kawża T-863/16)
(2017/C 038/64)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Jean-Marie Le Pen (Saint-Cloud, Franza) (rappreżentanti: M. Ceccaldi u J. P. Le Moigne, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Kwesturi tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Ottubru 2016 billi din tikkonferma biss id-deċiżjoni tal-irkupru tas-somma ta’ EUR 320 026,23 mingħand Jean-Marie Le Pen; |
— |
tannulla d-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew tad-29 ta’ Jannar 2016; |
— |
tannulla n-nota ta’ debitu Nru 2016-195 tal-4 ta’ Frar 2016; |
— |
tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż kollha ta’ din l-istanza; |
— |
tordna lill-Parlament Ewropew iħallas lil Jean-Marie Le Pen is-somma ta’ EUR 50 000 bħala spejjeż li jistgħu jinġabru. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq difetti li jaffettwaw il-legalità esterna tal-atti kkontestati. Dan il-motiv huwa maqsum fi tliet partijiet.
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq difetti li jaffettwaw il-legalità interna tal-atti kkontestati. Dan il-motiv huwa maqsum fi tmien partijiet.
|