This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017TN0043
Case T-43/17: Action brought on 24 January 2017 — No Limits v EUIPO — Morellato (NO LIMITS)
Kawża T-43/17: Rikors ippreżentat fl -24 ta’ Jannar 2017 – No Limits vs EUIPO – Morellato (NO LIMITS)
Kawża T-43/17: Rikors ippreżentat fl -24 ta’ Jannar 2017 – No Limits vs EUIPO – Morellato (NO LIMITS)
ĠU C 95, 27.3.2017, p. 17–17
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
27.3.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 95/17 |
Rikors ippreżentat fl -24 ta’ Jannar 2017 – No Limits vs EUIPO – Morellato (NO LIMITS)
(Kawża T-43/17)
(2017/C 095/26)
Lingwa tar-rikors: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: No Limits International Investments SA (Bissone, l-Iżvizzera) (rappreżentant: F. Canu, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Morellato SpA (Fratte di Santa Giustina in Colle, l-Italja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “NO LIMITS” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 67 967
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-21 ta’ Novembru 2016, fil-Każ R 2017/2015-5
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjenti għall-ispejjeż tal-proċedimenti fil-Każ R 2017/2015-5 quddiem il-Bord tal-Appell, tal-proċedimenti fil-Każ 2919C quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni, u tal-proċedimenti quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea. |
Motivi invokati
— |
Ksur u/jew applikazzjoni ħażina tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament Nru 207/2009 – żball fid-deċiżjoni kkontestata b’riferiment għad-data rilevanti għall-evalwazzjoni tal-invalidità tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea; |
— |
Ksur u/jew applikazzjoni ħażina tal-Artikolu 53 tar-Regolament Nru 207/2009 – nuqqas ta’ motivazzjoni u motivazzjoni insuffiċjenti u kontradittorja fir-rigward tal-applikabbiltà għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea tal-konstatazzjonijiet magħmula mill-Corte d’Appello di Milano (qorti tal-appell ta’ Milano, l-Italja) fis-sentenza Nru 4425/2013 li kisbet l-awtorità ta’ res judicata; |
— |
Nuqqas ta’ motivazzjoni u motivazzjoni insuffiċjenti u kontradittorja fir-rigward tal-applikabbiltà tal-Artikolu 54(2) tar-Regolament Nru 207/2009 għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea; |
— |
Ksur u/jew applikazzjoni ħażina tal-Artikolu 53 tar-Regolament Nru 207/2009 – motivazzjoni żbaljata u kontradittorja. |