Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TN0063

Kawża T-63/17: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Frar 2017 – Grupo Orenes vs EUIPO – Akamon Entertainment Millenium (Bingo VIVA! Slots)

ĠU C 95, 27.3.2017, p. 23–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/23


Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Frar 2017 – Grupo Orenes vs EUIPO – Akamon Entertainment Millenium (Bingo VIVA! Slots)

(Kawża T-63/17)

(2017/C 095/31)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Grupo Orenes, SL (Murcia, Spanja) (rappreżentant: M. Sanmartín Sanmartín, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Akamon Entertainment Millenium, SL (Barcelona, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-elementi verbali “Bingo VIVA! Slots” – Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni Nru 13 468 251

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tas-7/11/2016, fil-Każ R 453/2016-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll għall-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi invokati

ksur tal-Artikoli 64, 75 u 76 tar-Regolament Nru 207/2009 moqrija flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) tal-istess regolament u mar-Regoli 50 u 52 tar-Regolament Nru 2868/95, tat-13 ta’ Diċembru 1995, li jimplimenta r-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja, kif ukoll mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja marbuta mal-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija;

nuqqas ta’ twettiq ta’ paragun adegwat tas-sinjali kollha.


Top
  翻译: