Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TN0223

Kawża T-223/17: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ April 2017 – Adapta Color vs EUIPO – Coatings Foreign IP (ADAPTA POWDER COATINGS)

ĠU C 202, 26.6.2017, p. 21–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 202/21


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ April 2017 – Adapta Color vs EUIPO – Coatings Foreign IP (ADAPTA POWDER COATINGS)

(Kawża T-223/17)

(2017/C 202/36)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Adapta Color, SL (Peñiscola, Spanja) (rappreżentanti: G. Macías Bonilla, G. Marín Raigal u E. Armero Lavie, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Coatings Foreign IP Co. LLC (Wilmington, Delaware, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva li tinkludi l-element verbali “ADAPTA POWDER COATINGS” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 3 383 015

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Frar 2017 fil-Każ R 2522/2015-5

Talbiet

tilqa’ dan ir-rikors fit-totalità tiegħu;

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-konvenut u, jekk ikun il-każ, lill-intervenjenti, kemm għall-ispejjeż ta’ din il-kawża kif ukoll għall dawk sostnuti fil-proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità u ta’ appell quddiem il-EUIPO.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c), tal-Artikolu 7(3), tal-Artikolu 52(1)(a) u tal-Artikoli 75 u 76 tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur ta’ prinċipji fundamentali u proċedurali bażiċi, bħall-oneru tal-prova, il-motivazzjoni tad-deċiżjonijiet, id-dritt tad-difiża jew għal smigħ, il-prinċipji ta’ ċertezza legali, ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ amministrazzjoni tajba.


Top
  翻译: