This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017TN0548
Case T-548/17: Action brought on 16 August 2017 — VF International v EUIPO — Virmani (ANOKHI)
Kawża T-548/17: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Awwissu 2017 – VF International vs EUIPO – Virmani (ANOKHI)
Kawża T-548/17: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Awwissu 2017 – VF International vs EUIPO – Virmani (ANOKHI)
ĠU C 347, 16.10.2017, p. 41–42
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
16.10.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 347/41 |
Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Awwissu 2017 – VF International vs EUIPO – Virmani (ANOKHI)
(Kawża T-548/17)
(2017/C 347/54)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: VF International Sagl (Stabio, l-Isvizzera) (rappreżentant: T. van Innis, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Ken Virmani (Munich, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “ANOKHI” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 025 382
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Mejju 2017 fil-Każ R 2307/2015-4
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-Uffiċċju li jbati l-ispejjeż tiegħu u dawk sostnuti mir-rikorrenti. |
Motivi invokati
— |
Ksur tal-Artikoli 8(1)(b) u 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009; |
— |
Ksur tal-Artikoli 85 tar-Regolament Nru 207/2009 u 94 tar-Regolament Nru 2868/95. |