This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015CA0570
Case C-570/15: Judgment of the Court (Third Chamber) of 13 September 2017 (request for a preliminary ruling from the Hoge Raad der Nederlanden — Netherlands) — X v Staatssecretaris van Finaciën (Reference for a preliminary ruling — Application of social security schemes — Migrant workers — Determination of the applicable legislation — Regulation (EEC) No 1408/71 — Article 14(2)(b)(i) — Person normally employed in the territory of two or more Member States — Person employed in one Member State and who pursues part of his activities in the Member State of his residence)
Kawża C-570/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-13 ta’ Settembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) –X vs Staatssecretaris van Financiën (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Applikazzjoni tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali — Ħaddiema migranti — Determinazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli — Regolament (KEE) Nru 1408/71 — Artikolu 14(2)(b)(i) — Persuna normalment impjegata fit-territorju ta’ żewġ Stati Membri jew iktar — Persuna impjegata fi Stat Membru u li teżerċita parti mill-attivitajiet tagħha fl-Istat Membru tar-residenza tagħha)

ĠU C 382, 13.11.2017, p. 8–9
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
13.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 382/8 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-13 ta’ Settembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) –X vs Staatssecretaris van Financiën
(Kawża C-570/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Applikazzjoni tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali - Ħaddiema migranti - Determinazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli - Regolament (KEE) Nru 1408/71 - Artikolu 14(2)(b)(i) - Persuna normalment impjegata fit-territorju ta’ żewġ Stati Membri jew iktar - Persuna impjegata fi Stat Membru u li teżerċita parti mill-attivitajiet tagħha fl-Istat Membru tar-residenza tagħha))
(2017/C 382/08)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: X
Konvenut: Staatssecretaris van Financiën
Dispożittiv
L-Artikolu 14(2)(b)(i) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità, fil-verżjoni emendata u aġġornata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97, tat-2 ta’ Diċembru 1996, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 592/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Ġunju 2008 għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li teżerċita attività mħallsa għal persuna li timpjega stabbilita fit-territorju ta’ Stat Membru u li tirrisjedi fi Stat Membru ieħor li fit-territorju tiegħu din eżerċitat, matul is-sena li tkun għaddiet, parti minn din l-attività mħallsa għal 6,5 % tas-sigħat tax-xogħol tagħha, mingħajr ma dan kien is-suġġett ta’ ftehim minn qabel mal-persuna li timpjegah, ma għandhiex titqies li teżerċita normalment attività mħallsa fit-territorju ta’ żewġ Stati Membri, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.