Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TN0198

Kawża T-198/18: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Marzu 2018 – Chrysses Demetriades & Co. u Provident Fund of the Employees of Chrysses Demetriades & Co vs Il-Kunsill et

ĠU C 182, 28.5.2018, p. 26–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

28.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/26


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Marzu 2018 – Chrysses Demetriades & Co. u Provident Fund of the Employees of Chrysses Demetriades & Co vs Il-Kunsill et

(Kawża T-198/18)

(2018/C 182/30)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Chrysses Demetriades & Co. LLC (Limassol, Ċipru), Provident Fund of the Employees of Chrysses Demetriades & Co LLC (Limassol) (rappreżentant: P. Tridimas, Barrister)

Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea, Il-Bank Ċentrali Ewropew, il-Grupp tal-Euro u L-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tordna lill-konvenuti jħallsu l-ammonti msemmija fl-iskeda annessa mar-rikors flimkien mal-interessi mis-26 ta’ Marzu 2013 sas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja;

tikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjeż.

Alternattivament, u sussidjarjament, ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddeċiedi li l-Unjoni Ewropea u/jew l-istituzzjonijiet konvenuti għandhom responsabbiltà mhux kuntrattwali;

tiddetermina l-proċedura li għandha tiġi segwita bil-għan li jiġi stabbilit it-telf effettivament rekuperabbli tar-rikorrenti; u

tikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-Kawża T-197/18, JV Voscf et vs Il-Kunsill et.


Top
  翻译: