Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TN0381

Kawża T-381/18: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ġunju 2018 – Engel vs EUIPO – F. Engel (ENGEL)

ĠU C 276, 6.8.2018, p. 60–61 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

201807201052013362018/C 276/923812018TC27620180806MT01MTINFO_JUDICIAL20180625606121

Kawża T-381/18: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ġunju 2018 – Engel vs EUIPO – F. Engel (ENGEL)

Top

C2762018MT6010120180625MT0092601612

Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ġunju 2018 – Engel vs EUIPO – F. Engel (ENGEL)

(Kawża T-381/18)

2018/C 276/92Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Engel GmbH (Pfullingen, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Pfitzer, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: F. Engel K/S (Haderslev, id-Danimarka)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea tat-trade mark figurattiva “ENGEL” – Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea Nru 1 178 629

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Marzu 2018 fil-Każ R 1423/2017-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

tissospendi l-proċedura sakemm jingħataw id-deċiżjonijiet dwar it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade marks ta’ F. ENGEL.

Motivi invokati

Ksur tar-Regola 20(7)(c) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95;

Ksur tad-dritt għal smigħ xieraq.

Top
  翻译: