Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TA0487

Kawża T-487/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Frar 2019 – Arango Jaramillo et vs BEI (“Servizz pubbliku — Persunal tal-BEI — Pensjonijiet — Riforma tal-2008 — Żieda fir-rata ta’ kontribuzzjonijiet — Dikjarazzjonijiet sussegwenti tas-salarju — Assenza ta’ att li jikkawża preġudizzju — Inammissibbiltà”)

ĠU C 103, 18.3.2019, p. 22–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

18.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 103/22


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Frar 2019 – Arango Jaramillo et vs BEI

(Kawża T-487/16) (1)

((“Servizz pubbliku - Persunal tal-BEI - Pensjonijiet - Riforma tal-2008 - Żieda fir-rata ta’ kontribuzzjonijiet - Dikjarazzjonijiet sussegwenti tas-salarju - Assenza ta’ att li jikkawża preġudizzju - Inammissibbiltà”))

(2019/C 103/28)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Oscar Orlando Arango Jaramillo (il-Lussemburgu, il-Lussemburgu), u t-33 rikorrent ieħor li isimhom jidher fl-anness tas-sentenza (rappreżentanti: B. Cortese, C. Cortese u F. Spitaleri, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (rappreżentanti: inizjalment C. Gómez de la Cruz, T. Gilliams u G. Nuvoli, sussegwentement T. Gilliams, G. Faedo u J. Klein, aġenti, assistiti minn P.-E. Partsch)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u l-Artikolu 50a tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-“deċiżjonijiet” tal-BEI, li jinsabu fid-dikjarazzjonijiet tas-salarju tar-rikorrenti għal Frar 2011, li r-rata tal-kontribuzzjonijiet tagħhom għall-iskema tal-Pensjonijiet tiżdied minn 9 % għal 10 % u, min-naħa l-oħra, sabiex il-BEI jiġi kkundannat iħallas Ewro simboliku, bħala kumpens għad-dannu morali li r-rikorrenti allegatament sofrew.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud għaliex inammissibbli.

2)

Oscar Orlando Arango Jaramillo u l-membri l-oħra tal-persunal tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) li isimhom jidher fl-anness għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħhom, dawk sostnuti mill-BEI.


(1)  ĠU C 211, 16.7.2011 (Kawża inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea bin-numru F-58/11 u ttrasferita quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1.9.2016).


Top
  翻译: