Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TB0624(01)

Kawża T-624/16 TO: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Jannar 2019 – L’Huillier vs Gollnisch u Il-Parlament (“Oppożizzjoni minn terzi — Ċaħda tat-talba għal intervent tat-terz li jopponi — Inammissibbiltà”)

ĠU C 103, 18.3.2019, p. 43–43 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

18.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 103/43


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Jannar 2019 – L’Huillier vs Gollnisch u Il-Parlament

(Kawża T-624/16 TO) (1)

((“Oppożizzjoni minn terzi - Ċaħda tat-talba għal intervent tat-terz li jopponi - Inammissibbiltà”))

(2019/C 103/58)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Terz li jopponi: Guillaume L’Huillier (Etterbeek, il-Belġju) (rappreżentant: A. Varaut, avukat)

Rikorrent fil-kawża prinċipali: Bruno Gollnisch (Villiers-le-Mahieu, Franza) (rappreżentant: B. Bonnefoy-Claudet, avukat)

Konvenut fil-kawża prinċipali: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: M. Ecker u L. Vétillard, aġenti)

Suġġett

Talba għal oppożizzjoni minn terzi kontra s-sentenza tas-7 ta’ Marzu 2018, Gollnisch vs Il-Parlament (T-624/16, mhux ippubblikata, taħt appell, EU:T:2018:121).

Dispożittiv

1)

It-talba għal oppożizzjoni minn terzi hija miċħuda.

2)

Guillaume L’Huillier għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu stess, dawk sostnuti mill-Parlament Ewropew.

3)

Bruno Gollnisch għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess.


(1)  ĠU C 383, 17.10.2016.


Top
  翻译: