Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CN0758

Kawża C-758/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Polymeles Protodikeio Athinon (il-Greċja) fis-16 ta’ Ottubru 2019 – OH vs ID

ĠU C 19, 20.1.2020, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Polymeles Protodikeio Athinon (il-Greċja) fis-16 ta’ Ottubru 2019 – OH vs ID

(Kawża C-758/19)

(2020/C 19/18)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Qorti tar-rinviju

Polymeles Protodikeio Athinon

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: OH

Konvenut: ID

Domandi preliminari

1)

Il-kunċetti ta’ “immunità minn proċedimenti legali” u ta’ “immunità” imsemmija fl-Artikolu 11 tal-Protokoll (1), kif ifformulati u fir-rigward tal-għan intiż tagħhom, huma ekwivalenti?

2)

L-“immunità minn proċedimenti legali”/“immunità” imsemmija fl-Artikolu 11 tinkludi u tkopri, minbarra l-kawżi kriminali, anki l-kawżi ċivili li jiġu ppreżentati fil-konfront ta’ membri tal-Kummissjoni minn partijiet terzi li jkunu ġarrbu dannu?

3)

L-“immunità minn proċedimenti legali”/“immunità” ta’ Kummissarju tista’ tiġi rrevokata anki fil-kuntest ta’ kawża ċivili fil-konfront tiegħu, bħall-kawża ppreżentata f’dan il-każ? Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv, min għandu jiftaħ il-proċedura ta’ revoka?

4)

Il-qrati tal-Unjoni Ewropea għandhom ġurisdizzjoni sabiex jieħdu konjizzjoni ta’ azzjoni għal responsabbiltà mhux kuntrattwali fil-konfront ta’ Kummissarju, bħall-kawża ppreżentata ppreżentata f’dan il-każ?


(1)  Artikolu 11 tal-Protokoll tat-8 ta’ April 1965 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet ta’ l-Unjoni Ewropea, anness mat-Trattat [dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea] bħala Protokoll Nru 7.


Top
  翻译: